Merħba f’EVA
Hawnhekk inti tista’ taċċessa l-pjattaforma EVA u t-tliet partijiet tagħha.
Il-pjattaforma EVA hija għodda għal intraprendituri potenzjali bi sfond ta’ migrant. Il-pjattaforma tifli l-ħiliet eżistenti tiegħek u kif taħsibha li tkun intraprenditur. Apparti dan, tiggwidak lejn oqsma fejn inti jeħtieġ li titgħallem aktar.
Hawn taħt inti ssib xi gwidi dwar kif tuża l-pjattaforma – agħżel dik li toqgħodlok l-aktar. Huma jispjegaw il-partijiet differenti tal-pjattaforma u x’għandek tagħmel.
Gwida għall-għalliema/dawk li jħarrġu
Skopri l-ħiliet intraprenditorjali tiegħek
Biex tkun intraprenditur inti teħtieġ bosta ħiliet u għarfien. Inti jrid ikollok fehma li hija ffokata fuq is-soluzzjoni ta’ problema jew li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-konsumatur.
Din it-taqsima tistaqsik dwar l-esperjenza preċedenti tiegħek u l-ħiliet u l-personalità tiegħek u tgħinek tidentifika l-ħiliet personali u soċjali u attitudnijiet li inti jista’ jkollok bżonn biex issir intraprenditur ta’ suċċess.
Wieġeb il-mistoqsijiet fis-servej u ikseb ir-riżultati tiegħek li jiggwidawk fit-taqsima lit miss.
Ikklikkja hawnhekk biex tmur tiskopri l-ħiliet intraprenditorjali tiegħek.
Ħarreġ u żviluppa l-ħiliet tiegħek biex issir intraprenditur!
Fil-materjal ta’ taħriġ miġbur inti tista’ ssib informazzjoni u għarfien dwar intraprenditur f’dawn l-oqsma:
- Ħolqien ta’ Negozju
- Bidu tan-negozju tiegħek
- Aċċess għall-Finanzi
- Bejgħ u Kummerċjalizzazzjoni
- Kultura, Lingwa, Komunikazzjoni u Netwerking
Mur fil-materjal billi tikklikkja hawnhekk
Ittestja l-ħiliet u l-għarfien tiegħek dwar li tkun intraprenditur.
Is-Simulatur tal-Intrapriża huwa fejn inti tista’ tittestja l-ħiliet tiegħek bħala intraprenditur.
Huwa għandu żewġ partijiet:
- Ambjent 3D ta’ simulatur b’ħames sitwazzjonijiet li magħhom tista tiltaqa’ bħala intraprenditur.
- Test għal kull waħda mill-ħames sitwazzjonijiet, li jevalwa l-ħiliet tiegħek. Kull test jagħti badge diġitali meta inti twieġeb mistoqsijiet tajbin biżżejjed.
Sib is-simulatur billi tikklikkja hawnhekk
Jekk inti issib li ċerti buttuni fis-simulatur mhumiex fil-lingwa tiegħek, inti tista’ tmur f’din il-paġna u ibdel il-lingwa https://start.eva-project.eu/login .
Kun żgur li taġġorna l-paġna li tkun fiha – għax inkella ma tara ebda tibdil. Taġġornax meta tkun qed twieġeb il-mistoqsijiet – jekk tagħmel hekk is-sistema tħassar il-mistoqsi